•  

  • Kull sena matul ir-Randan, fil-parroċċi ssir il-ġabra għas-Seminarju tal-Arċisqof, is-seminaristi ħejjew filmat qasir li jistieden lill-pubbliku jsir jaf aħjar lis-seminaristi u l-post li qed jagħtihom il-formazzjoni. 

    Bħalissa fis-Seminarju hemm 14-il seminarist imqassmin fuq ħames snin. Żewġ seminaristi oħra qegħdin jagħmlu sena esperjenza pastorali barra minn xtutna. Hemm ukoll erba’ djakni li qegħdin jagħmlu l-istudji tagħhom barra minn Malta.

    Barra l-programm tal-istudji, is-seminaristi jsegwu programm ta’ formazzjoni umana u pastorali biex iħejju ruħuhom sewwa għal meta jkunu saċerdoti għas-servizz tal-poplu ta’ Alla.