Il-Papa Benedittu 16 talab apoloġija lill-vittmi ta’ abbużi sesswali mwettqa minn saċerdoti kattoliċi fl-Irlanda. F’ittra pastorali li għaddiet għand l-Isqfijiet Iralndiżi biex tinqara lill-kattoliċi fil-knejjes kollha għada, il-Papa irrikonoxxa s-sens ta’ ċaħda mill-Knisja li jħossu l-vittmi u l-familji tagħhom. Il-Papa qal li saru żbalji serji ukoll fost l-Isqfijiet fil-mod kif twieġbu l-allegazzjonijiet ta’ pedofelija.
L-Ittra Pastorali qed jingħad li hi l-ewwel stqarrija pubblika uffiċjali mill-Vatikan f’sekli sħaħ dwar l-abbużi sesswali tat-tfal. L-Istqarrija qed issegwi revelazzjonijiet ta’ pedofelija fi ħdan il-Knisja Kattolika fl-Irlanda. Skandli simili li jinvolvu membri tal-kleru kienu rrappurtati wkoll f’diversi pajjiżi oħra bħall-Ġermanja, l-Awstrija u l-Isvizzera. Il-Papa kien espliċitu u ndirizza lill-vittmi li qalilhom li jagħraf li sofrew ħafna u talabhom skuża. Żied li dawk li wettqu l-abbużi iridu jwieġbu għal għemilhom l-ewwel quddiem Alla u ovvjament quddiem t-tribunali li qed jisimgħu l-każi.
L-Ittra Pastorali ma jidhirx li qed issejjaħ għal riżenji ta’ Isqfijiet, pero hu mifhum li uħud diġa offrew li jħallu l-kariga.