Il-Papa Benedittu XVI dax-xahar se jkun qed jitlob għall-vittmi tad-diżastri naturali. L-Appostolatura tat-talb tal-Papa ħabbret dan meta, bħal ma tagħmel kull xahar, ħabbret l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika.
L-intenzjoni ġenerali għal Jannar 2012 hi “sabiex il-vittmi tad-diżastri naturali jirċievu l-komfort spiritwali u materjali li jeħtieġu sabiex jibnu ħajjithom mill-ġdid”.
L-intenzjoni missjunarja tal-Papa għal dax-xahar hi fukata fuq il-paċi, “sabiex id-dedikazzjoni tal-Insara għall-paċi tkun ta’ xiehda għall-Isem ta’ Kristu quddiem in-nies kollha ta’ rieda tajba”.