sqfijiet mill-Amerika ta’ Fuq u l-Ewropa ikkonkludew b’appell għat-talb għall-paċi l-pellegrinaġġ annwali tagħhom b’solidarejta mal-Insara tal-Art Imqaddsa.
Fi stqarrija finali, l-Isqfijiet qalu li il-poplu fir-reġjun qed jgħix ġrajjiet imdallma u drammatiċi. B’eżempju semmew il-kunflitt f’Gaża u dak fin-nofsinhar ta’ Israel, kif ukoll il-gwerra ċivili fis-Sirja u l-polarizzazzjoni dejjem tikber bejn Israel u l-Palestina.
Dawn l-iżviluppi, komplew jiktbu li ħolqu ansjeta qawwija għal kulħadd, partikolarment għall-popolazzjoni nisranija dejjem titnaqqar.