Aktar minn 4,700 persuna iltaqgħu fil-katidrali fl-Ingilterra u Wales jitolbu biex isiru kattoliċi. Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju għall-Istampa tal-Knisja Kattolika fl-Ingilterra u Wales, it-total ta’ dawn it-tip ta’ nies ilaħħaq għal madwar 900, li lkoll jistgħu jibbenefikaw mill-Kostituzzjoni Appostolika maħruġa mill-Papa, Anglicanorum Coetibus, li tipprovdi għat-talba t’għaqda sħiħa ta’ Anglikani ma’ Ruma. Id-digriet li jippermetti li dawn isiru kattoliċi waqt li jżommu xi forom u tradizzjonijiet mil-liturġija Anglikana, imur lura għal Jannar li għadda. Anglikani li talbu biex isiru kattoliċi fi ftuħ daż-żmien tar-Randan, inkluda wkoll mal-61 pastor. Kull sena, nies li juru interess biex jingħaqdu mal-Knisja Kattolika qed ikunu mistiedna jattendu rit, imsejjaħ ‘ir-rit tal-elezzjoni’ imħejji mid-djoċesi li għaliha jappartjenu. Dan jiftaħ imbagħad il-perjodu preparatorju finali li jwassalhom biex isiru membri sħaħ tal-Knisja Kattolika.
Dan ir-rit hu l-pass qawwi li jimxi f’paralelliżmu mal-proċess imsejjaħ ‘ir-rit tal-Inizjazzjoni Nisranija tal-Adulti’, li tikkonsisti f’perjodu preparatorju għal dawk li jħossuhom miġbuda lejn Kristu u t-tagħlim tiegħu. F’daż-żmien normali li jiltaqgħu jitolbu flimkien u jifhmu wkoll il-fidi nisranija. Il-ġurnata meta l-Anglikani jsiru kattoliċi u jirċievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni hu deċiż mill-Isqof djoċesan konċernat. Iċ-ċerimonja ssir jew nhar Ħamis ix-Xirka jew fil-Vġili tal-Għid.