Ħadet lill-Papa Benedittu XVI iktar minn seba’ snin biex laqa’ żjarat uffiċjali tal-isqfijiet minn kull pajjiż madwar id-dinja. Fl-2013, il-Papa se jerġa jibda ċiklu ġdid ta’ żjarat ad limina b’laqgħat mal-isqfijiet li jmexxu l-227 djoċesi fl-Italja.
Il-Kodiċi tal-Liġi Kanonika jitlob lill-kapijiet tad-djoċesijiet kollha madwar id-dinja biex jagħmlu żjara formali, imsejħa żjara ad limina apostolorum, kull ħames snin. Sakemm il-Papa għandu obbligazzjonijiet iktar mifruxa, hemm mal-2,900 djoċesi fid-dinja li jridu jerġgħu jibdew iżuru lill-Papa kull ħames snin permezz tal-Isqfijiet tagħhom.
L-Arċisqof Lorenzo Baldisseri, Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, li jikkordina dawn iż-żjarat, qal lil Catholic News Service, CNS, li “l-prinċipju ferm huwa li l-Papa jiltaqa’ mal-Isqfijiet tad-dinja regolarment”. Iż-żamma ta’ ħames snin stabbilita mil-liġi kanonika, tipprovdi gwida konkreta pero mhux dejjem hi faċli tinżamm, minħabba l-għadd kbir ta’ Isqfijiet madwar id-dinja, minħabba l-iskeda tal-Papa u anki l-iskeda tal-istess Isqfijiet.
Baldisseri, f’intervista riċenti, qal li biż-żjara ad limina tal-Isqfijiet ta’ Franza f’Novembru li għadda, kien intemm ċiklu sħiħ ta’ żjarat ad limina li ħa ‘l fuq minn seba’ snin biex jista’ jingħad li issa hu komplut u jista’ jibda mill-ġdid.