-
Fond għall-Filippini
-
Caritas Malta b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis qed tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus b’risq dawk il-persuni li tilfu lil qrabathom u djarhom kawża tal-urugan Haiyan, fil-Fillippini. Hemm urġenza kbira għall-għajnuna.
L-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons Charles J. Scicluna, informa lill-kappillani/arċiprieti kollha permezz ta’ ċirkulari tal-Kurja, sabiex isir avviż fil-Knejjes fi tmiem din il-ġimgħa. Id-donazzjonijiet ta’ flus jistgħu jingħataw lill-kappillani, jew jitwasslu personalment il-Caritas, jew permezz ta’ ċekk indirizzat lil ‘Caritas Malta Philippine’s Emergency Fund’, indirizzat lil Caritas, 5, Triq l-Iljun, Floriana FRN 1514. Jistgħu jiġu depożitati wkoll d-donazzjonijiet ta’ flus f’dawn il-kontijiet bankarji:
HSBC 023-167190-050
BOV 4002204948-1
APS 1048901101-5
Il-Knisja f’Malta tirringrazzja lil kullħadd għal kooperazzjoni u l-għajnuna b’risq dawk li qed ibatu.