Caritas Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus b’risq dawk il-persuni li tilfu lil qrabathom u djarhom kawża tat-terremot fin-Nepal. Hemm urġenza kbira għall-għajnuna.
Id-donazzjonijiet ta’ flus jistgħu jingħataw lill-kappillani, jew jitwasslu personalment il-Caritas, jew permezz ta’ ċekk indirizzat lil ‘Caritas Malta Fond Emergenza Nepal’, 5, Triq l-Iljun, Floriana FRN 1514.
Jistgħu jiġu depożitati wkoll donazzjonijiet ta’ flus f’dawn il-kontijiet bankarji:
- HSBC A/C: 089021513050, BIC: MMEBMTMT,
IBAN: MT49MMEB44897000000089021513050
- BOV A/C: 4002327007-1, BIC: VALLMTMT,
IBAN: MT78 VALL 2201 3000 0000 4002 3270 071
- APS A/C: 1048901101-5, BIC: APSBMTMT,
IBAN: MT31 APSB 7704 6000 4890 1048 9011 015
Id-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Leonid McKay, esprima li n-network ta’ Caritas Internationalis qed jaħdem fil-qrib ma’ Caritas Nepal u li mmedjatament ipprovdew xelter u ikel għal dawn il-persuni li sfaw vittma u li ħafna minnhom tilfu lil għeżież tagħhom.
Is-Sur McKay jirringrazzja lil poplu Malti u Għawdxi li dejjem kien ġeneruż meta ġiet l-okkażjoni li jgħin. Huwa fiduċjuż li wara din it-traġedja, is-soċjetà Maltija, se terġa’ tkun ta’ sapport.