F’Ottubru li ġej il-Knisja se tiftaħ żewġ skejjel primarji ġodda, waħda fis-Seminarju tal-Virtù, u l-oħra fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. Il-Kulleġġ Santu Wistin qed jistenna l-permess tal-MEPA biex jibda l-bini ta’ skola primarja oħra.
“Sar sforz straordinarju biex kollox jitlesta u biex l-iskola primarja tibda b’mod normali mal-iskejjel l-oħra,” qal Fr David Cilia, is-Surmast tal-iskola tas-Seminarju lil IL-ĠENSillum online. “Bi pjaċir ngħid li l-iskejjel tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl u s-Seminarju Malta se jilqgħu l-istudenti l-ġodda fil-livell primarju fl-iskejjel il-ġodda.”
Fr Cilia kompla jgħid li s-Seminarju se jospita l-istudenti ta’ Santu Wistin għal din is-sena sa ma tinbena l-iskola tagħhom matul is-sena skolastika li ġejja.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com