Matul Ottubru, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob b’mod speċjali għall-Universitajiet Kattoliċi, partikolarment sabiex isiru postijiet fejn in-nies isibu mwaħħda l-fidi u r-raġuni.
L-Appostolatura ta’ Talb ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa tul Ottubru. L-intenzjoni ġenerali tat-talb tiegħu hija “sabiex l-Universitajiet Kattoliċi isiru dejjem iżjed postijiet fejn, fid-dawl tal-Vanġelu ta’ Kristu, in-nies jesperjenzaw għaqda u twaħħid tal-fidi u r-raġuni”.
Il-Papa, bħas-soltu jagħżel ukoll intenzjoni appostolika għat-talb tiegħu. L-intenzjoni għal Ottubru hi sabiex “il-Jum Dinji tal-Missjoni jgħin lill-Insara jirrealizzaw d-dmir tagħhom li jipproklamaw lil Kristu bħala servizz li l-Knisja hi msejħa għalih għall-benefiċċju tal-umanita”.