-
-
***
Direttur: Lenny Abrahamson
Atturi: Domnhall Gleeson, Michael Fassbender, Maggie Gyllenhaal
Ħin: 94 minutiKlassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 15Jon huwa mużiċist żgħażugħ stramb li jkun qed jitħabat biex jikteb kanzunetta tajba meta jiġi mitlub idoqq il-keyboard għas-Soronprfbs, banda elettronika tar-rock immexxiha minn Frank, li qatt ma’ jneħħi l-maskla tal-kartapesta li tagħttilu rasu. Il-membri l-oħra tal-banda jinkludu l-manager Don, u lil Clara, Baraque u Nana. Jon iħossu ħafna barra minn postu fost sħabu meta l-banda tmur l-Irlanda, u wara Texas, għal gig, imma mbagħad l-oħrajn jipperswaduh jgħinhom jiktbu u jirrekordjaw l-album tagħhom li jmiss. Film kummiedja, b’xi mod ibbażat fuq il-ħajja ta’ Chris Sievey, mgħaruf bħala Frank Sidebottom. Film li taħt il-qoxra assurda u li kull tant ma tagħmilx sens, fil-qalba tiegħu fih element li jiġbdek u emozzjonali li jħallik tidħol fil-ħajja ta’ kull karattru u b’hekk isiru qieshom membri tal-familja l-iktar b’riżultat tal-konflitti ta’ bejn il-membri tal-banda. Minkejja li l-plot hu fragmentat u xi ftit monotonu, fl-aħħar jispiċċa biex ikun sodisfaċenti ħafna. Il-film fih kliem ħażin, xeni ta’ suwiċidju u xi xeni sesswali. Jgħodd għal dawk minn 15 il-sena ‘l fuq.