• ***

    Direttur: Lenny Abrahamson
    Atturi: Domnhall Gleeson, Michael Fassbender, Maggie Gyllenhaal
    Ħin: 94 minuti 

    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 15

    Jon huwa mużiċist żgħażugħ stramb li jkun qed jitħabat biex jikteb kanzunetta tajba meta jiġi mitlub idoqq il-keyboard għas-Soronprfbs, banda elettronika tar-rock immexxiha minn Frank, li qatt ma’ jneħħi l-maskla tal-kartapesta li tagħttilu rasu. Il-membri l-oħra tal-banda jinkludu l-manager Don, u lil Clara, Baraque u Nana. Jon iħossu ħafna barra minn postu fost sħabu meta l-banda tmur l-Irlanda, u wara Texas, għal gig, imma mbagħad l-oħrajn jipperswaduh jgħinhom jiktbu u jirrekordjaw l-album tagħhom li jmiss. Film kummiedja, b’xi mod ibbażat fuq il-ħajja ta’ Chris Sievey, mgħaruf bħala Frank Sidebottom. Film li taħt il-qoxra assurda u li kull tant ma tagħmilx sens, fil-qalba tiegħu fih element li jiġbdek u emozzjonali li jħallik tidħol fil-ħajja ta’ kull karattru u b’hekk isiru qieshom membri tal-familja l-iktar b’riżultat tal-konflitti ta’ bejn il-membri tal-banda. Minkejja li l-plot hu fragmentat u xi ftit monotonu, fl-aħħar jispiċċa biex ikun sodisfaċenti ħafna. Il-film fih kliem ħażin, xeni ta’ suwiċidju u xi xeni sesswali. Jgħodd għal dawk minn 15 il-sena ‘l fuq.

    Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit. Nunc nec nisi nec dolor facilisis convallis. Maecenas faucibus luctus est et vulputate. Sed dictum dapibus eros, eget sodales libero ullamcorper vitae. Praesent quis cursus lacus, nec vulputate orci. Suspendisse sed enim varius, pharetra est a, egestas libero. Quisque at urna libero. Aenean mauris nisi, egestas nec varius porta, eleifend sed magna. Quisque at tempor sem.

  • Drag & Drop Images Here or