Il-Kardinal Raymond L.Burke u mexxejja oħra favur il-ħajja fl-Istati Uniti tal-Amerka, ingħaqdu ma’ għaxriet ta’ eluf ta’ dimostranti fit-tielet mixja annwali fl-Italja favur il-paċi.
Skont l-organizzaturi, mat-30,000 persuna mxew madwar żewġ mili mill-Kolossew sal-Kastell Sant’Anġlu.Huma mxew wara kurċifiss kbir tal-injam mimli xbihat ta’ tfal mhux imwielda u b’messaġġi bħal ‘Ejja ma noqtlux il-futur tagħna’ jew ‘waqqfu l-ġenoċidju sieket’.
Is-Sindku ta’ Ruma Gianni Alemanno u l-viċi president tas-Senat Taljan Maurizio Gasparri, kienu fost il-parteċipanti. Ħafna mid-dimostranti lestew il-mixja qabel nofsinhar, fil-ħin li l-Papa seta’ jsellmilhom qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru.
Papa Franġisku min-naħa tiegħu appella lid-dimostranti sabiex iżommu l-attenzjoni ta’ kulħadd iffukata fuq il-kwistjoni importanti tar-rispett lejn il-ħajja umana mill-mument tal-konċepiment sal-mewt naturali.