F’isem il-Papa Benedittu XVI, is-Sottosegretarju tal-Kunsill Pontifiċju Cor Unum, li huwa d-dekasteru tas-Santa Sede responsabbli għall-promozzjoni u l-organizzazzjoni tal-ħidmiet ta’ karita mill-Papa permezz ta’ organizzazzjonijiet kattoliċi ta’ għajnuna madwar id-dinja kollha, żar riċentament il-Gwatemala u Ħaiti.
Matul iż-żjara sar anki stħarriġ maħsub sabiex permezz tiegħu tkun tista’ ssir evalwazzjoni dwar l-iżvilupp fi proġetti f’dawk iż-żoni li ntlaqtu mit-terremot f’Ħaiti, kif ukoll f’dawk iż-żoni tal-Gwatemala li fl-2011 kienu milquta minn għargħar qawwi. Il-proġetti ta’ żvilupp huma finanzjati mill-karita li jagħmlu l-fidili f’għaqda sħiħ mal-Papa. Flimkien man-Nunzju Appostoliku, l-Arċisqof Bernardito Auzo, kienu bosta dawk li żaru ż-żoni milquta f’Ħaiti u l-Gwatemala, fosthom nies li jieħdu ħsieb il-kura soċjo-pastorali u nies inkarigati minn proġetti kif ukoll mill-Caritas taħt id-djoċesi lokali.