Nhar is-Sibt 3 ta’ Novembru, 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima fi Guardamangia. F’din il-komunita’ l-Arċisqof ser jiltaqa’ mal-komunita tal-patrijiet Dumnikani. L-Arċisqof ser jiltaqa’ mal-Kummissjonijiet li jikoordinaw il-ħidma pastorali fil-parroċċa. Ser ikun hemm hin fejn l-Arċisqof iżur iċ-ċentru tal-katekiżmu.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]