Il‑funzjonijiet reliġjużi li se jmexxi l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Milied jibdew filgħaxija f’lejlet il‑Milied. Dawn il‑funzjonijiet huma miftuħin għall‑pubbliku skont il‑miżuri għall‑ħarsien tas‑saħħa b’rabta mal‑pandemija COVID‑19.

Il‑Ġimgħa 24 ta’ Diċembru, lejlet il‑Milied, fil‑10:45 p.m., fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina, jibda l‑Uffiċċju tal‑Qari u kant tal‑għanjiet tal‑Milied, u ssir l‑prietka tat‑tifel. F’nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Minħabba restrizzjoni ta’ spazju fil-katidral, kull min jixtieq jattendi għandu jċempel fuq 21456620 jew 21454136.

Is-Sibt 25 ta’ Diċembru, Jum il‑Milied, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ġimgħa 31 ta’ Diċembru, fil‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla fi tmiem is‑sena bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Is-Sibt l‑1 ta’ Jannar 2021, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u fil‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 2 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Epifanija fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Matul din il‑quddiesa se jagħti l‑Ministeru tal‑Akkolitat lil tliet seminaristi. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.