Il-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjonijiet Soċjali nieda sit internet ġdid biex jiġbor u jipprovdi informazzjoni fuq il-media kattolika madwar id-dinja. Il-portal, www.intermirifica.net tnieda b’kollaborazzjoni mal-Konferenza Episkopali tal-Amerika Latina u ma’ SIGNIS, l-Asoċjazzjoni Kattolika Dinjija għall-Komunikazzjoni. Bħalisa, is-sit hu offrut bl-Ispanjol, anki meta traduzzjonijiet għall-Ingliż, għall-Franċiż u l-Portugiż huwa imminenti li jiġu mnedija.
Id-direttorju għandu struttura msejħa “wiki”, jiġifieri hu disinjat li jkun komplut u aġġornat mill-istess persuni li jużawh. Għandu wkoll il-funzjoni ta’ search engine għall-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni u għall-kumpaniji ta’ produzzjoni. Skont dan is-sit, l-għan ewlieni tal-portal ġdid huwa li “jiffaċilita l-komunikazzjoni fi ħdan il-mass media kattolikamadwar id-dinja biex dawn ikunu jistgħu jaqsmu ideat u proġetti komuni”
L-isem ‘intermirifica’ jirreferi għall-uniku dokument mill-Konċilju Vatikan II li hu ddedikat għall-Komunikazzjoni Soċjali. Is-sit jispjega li l-portal “jittama li jsir speċita “yellow pages” għall-mass media tal-Knisja”.