B’iktar minn miljun żagħżugħ kattoliku mistennija jattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid fi Spanja f’Awwissu, l-organizzaturi jinsabu impenjati jagħmlu l-aħħar tħejjijiet, inkluż l-għażla ta’ kanzunetti ġodda għall-ġemgħa tan-nies biex ikunu jistgħu ikantawhom. Dan minbarra l-għażla tal-kanzunetta uffiċjali.

Kif indikat fis-sit http://madridmeencanta.org, hemm jinsabu mat-80 kanzunetta oħra relatati mal-okkażjoni. Id-direttur tal-Komunikazzjoni fl-organizzazzjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, Yago de la Cierva, qal li s-sit diġa żaruh mas-600,000 persuna.

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ se jkun iċċelebrat f’Madrid fi Spanja bejn is-16 u l-21 ta’ Awwissu.