Dun Anton Gouder huwa mill-parroċċa tal-Isla, iservi bħala Mħallef fit-Tribunal tal-Knisja u jgħix fid-dar tal-Kleru. Ilu saċerdot 46 sena u l-bagalja tiegħu hi waħda mimlija sew b’esperjenzi u ministeri differenti. Fost l-oħrajn huwa kien Kappillan fil-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid, Rettur tas-Seminarju u kif ukoll Vigarju Ġenerali. Għalkemm sab diversi affarijiet diffiċli ma’ wiċċu, qatt ma ġieh dubju jew iddispjaċieh li qal iva għas-sejħa tal-Mulej.


Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum.

L-għan tal-podcast huwa li bl-esperjenzi ta’ kif skoprew is-sejħa tagħhom u l-isfidi u l-opportunitajiet li jiltaqgħu magħhom, is-saċerdoti jgħinu lil ħaddieħor jara s-sbuħija tas-sejħa ta’ Alla.

Dawn it-taħdidiet huma wkoll sinjal ta’ tama għal dawk li għadhom qed jaħsbu jgħidux ‘iva’ lil Alla, kif ukoll għal dawk li diġà huma saċerdoti, kemm żgħar kif ukoll kbar fl-età.

Għaliex iva?! hu proġett taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju f’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi ta’ Malta.