Dun James Saydon hu d-Direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof. Jitkellem dwar il-ħsibijiet, id-dubji u l-esperjenzi li ltaqa’ magħhom minn meta ħass is-sejħa tal-Mulej, b’mod speċjali fl-aħħar 8 snin bħala saċerdot.


Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum.

L-għan tal-podcast huwa li bl-esperjenzi ta’ kif skoprew is-sejħa tagħhom u l-isfidi u l-opportunitajiet li jiltaqgħu magħhom, is-saċerdoti jgħinu lil ħaddieħor jara s-sbuħija tas-sejħa ta’ Alla.

Dawn it-taħdidiet huma wkoll sinjal ta’ tama għal dawk li għadhom qed jaħsbu jgħidux ‘iva’ lil Alla, kif ukoll għal dawk li diġà huma saċerdoti, kemm żgħar kif ukoll kbar fl-età.

Għaliex iva?! hu proġett taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju f’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi ta’ Malta.