Dun Martin Micallef hu d-Direttur tad-Dar tal-Providenza, dilettant tal-fotografija, u ma jżommx lura milli jgħid xi ċajta ’l hawn jew ’l hemm. F’dan il-podcast jaqsam l-istorja tal-vokazzjoni tieghu u dwar kemm sabha diffiċli biex jgħid lil tad-dar. Daħal saċerdot minħabba li zijuh kien qassis u miet żgħir, u xtaq ikompli dak li beda hu. Dun Martin jistqarr li ma setax jorqod meta sar jaf li se jsir direttur tad-Dar tal-Providenza. Illum jemmen li kienet ir-rieda t’Alla.


Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum.

L-għan tal-podcast huwa li bl-esperjenzi ta’ kif skoprew is-sejħa tagħhom u l-isfidi u l-opportunitajiet li jiltaqgħu magħhom, is-saċerdoti jgħinu lil ħaddieħor jara s-sbuħija tas-sejħa ta’ Alla.

Dawn it-taħdidiet huma wkoll sinjal ta’ tama għal dawk li għadhom qed jaħsbu jgħidux ‘iva’ lil Alla, kif ukoll għal dawk li diġà huma saċerdoti, kemm żgħar kif ukoll kbar fl-età.

Għaliex iva?! hu proġett taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju f’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Għaliex iva?! tista’ ssibu fuq Facebook, YouTube u Spotify.