Dun Victor Agius jirrakkonta ħafna mumenti sbieħ u oħrajn kemmxejn iktar diffiċli li sawru s-saċerdozju tiegħu. Minn tfajjel imrobbi Raħal Ġdid għal raġel b’esperjenzi missjunarji li ħaduh iċ-Ċina, il-Filippini, il-Kanada u ħafna pajjiżi oħra. Dan l-episodju ta’ Għaliex Iva?! hu dwar il-vjaġġ ta’ 50 sena ta’ Dun Victor Agius bħala saċerdot.
Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum.
L-għan tal-podcast huwa li bl-esperjenzi ta’ kif skoprew is-sejħa tagħhom u l-isfidi u l-opportunitajiet li jiltaqgħu magħhom, is-saċerdoti jgħinu lil ħaddieħor jara s-sbuħija tas-sejħa ta’ Alla.
Dawn it-taħdidiet huma wkoll sinjal ta’ tama għal dawk li għadhom qed jaħsbu jgħidux ‘iva’ lil Alla, kif ukoll għal dawk li diġà huma saċerdoti, kemm żgħar kif ukoll kbar fl-età.
Għaliex iva?! hu proġett taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju f’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi ta’ Malta.