L-Għaqda Biblika Maltija qed torganizza 8 korsijiet ġodda u seminar ta’ ġurnata fuq il-Bibbja bejn Ottubru u Diċembru 2010. L-għan ta’ dawn il-korsijiet huwa li min jattendi għalihom ikun jista’ jaqra u jifhem il-Bibbja u l-messaġġ tagħha aħjar u b’mod tajjeb.
It-temi tal-korsijiet huma varjati ħafna biex jilħqu l-interess ta’ kulħadd. Il-lecturers huma persuni esperti fis-suġġetti li se jgħallmu.
Il-korsijiet isiru filgħodu bejn id-0930 u l-1100 u filgħaxija bejn is-6.00 u s-7.30 p.m.; ikun hemm break għar-refreshments. Il-korsijiet isiru bil-Malti u kulħadd jista’ jattendi għalihom.
Il-korsijiet huma: (1) Il-Ġudaiżmu fi Żmien Kristu (Dr Dennis Mizzi); (2) Anti-Semitismu fl-Evanġelju (Rev Dr Martin Micallef OFMCap); (3) Il-Proklamazzjoni tal-Kelma waqt il-Liturġija (Rev Dr Hector Scerri); (4) Il-Laqgħa Personali ma’ Ġesù fi Ġwanni (Rev Ġorg Dalli) {dan il-kors isir filgħodu u filgħaxija}; (5) Il-Fanatiżmu u l-Kontradizzjonijiet fl-Evanġelji (Rev Alfred Agius); (6) Kif Niffurmaw il-Kuxjenza fid-Dawl tal-Iskrittura (Rev Arthur Vella SJ); (7) It-Testment il-Qadim: Il-Kotba Storiċi (Rev Kan Karm Attard) {Kors Mifrux fuq Sena}; (8) Kors ta’ Formazzjoni Biblika {it-Tieni Sena – Kors mifrux fuq 3 snin}; (9) Naqraw u ngħixu l-Bibbja mal-Protagonisti tagħha (Rev Paul Sciberras) {Seminar ta’ Ġurnata għall-Avvent).
Il-korsijiet isiru fis-sala tal-konferenzi tal-Għaqda Biblika Maltija fl-indirizz : 51, Triq il-Miratur, Floriana.
Għal aktar informazzjoni jew biex japplika, wieħed jista’ jċempel lill-Għaqda Biblika Maltija fuq 21220318 bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn is-2.15 p.m. u l-5.00 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa jew billi jaċċessa l-website: www.maltabible.com