Nhar it-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2011, l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech qassam f’isem il-Knisja mill-gżira tat-Tlieta Għoljiet donazzjonijiet lill-knejjes fil-Libja u l-Ħonduras fejn qed jaħdmu prelati Maltin.
Huwa għadda s-somma ta’ €4,000 lill-Isqof Silvestru Magro OFM, Vigarju Apostoliku ta’ Bengażi. Offerta simili se titwassal ukoll lill-Vigarju Apostoliku ta’ Tripli, l-Isqof Giovanni Martinelli OFM.
Il-kelliemi għad-djoċesi ta’ Għawdex, Dun Giovanni Curmi, fisser li f’nota personali, l-Isqof Grech wassal il-viċinanza tal-poplu Għawdxi mal-Knisja fil-Libja, u wiegħed it-talb biex ma ddumx ma sseħħ il-paċi fil-Libja.
L-Isqof Magro kien qed imexxi Għasar solenni fil-Bażilika tan-Nadur, fejn nhar l-Erbgħa ġiet iċċelebrata l-festa tal-qaddisin San Pietru u San Pawlu. F’kelmtejn ta’ radd il-ħajr, hu wera l-apprezzament lejn il-poplu Għawdxi għal dan il-ġest ta’ solidarjetà mal-Knisja fil-Libja.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com