-
Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara
-
Il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara din is-sena ser issir bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar. L-għan ta’ dan it-talb hu li jingħelbu l-firdiet fost l-Insara ta’ Knejjes differenti. It-tema għal din is-sena hi “Jaqaw Kristu mifrud?”.Il-Ħamis 23 ta’ Jannar, fis-6.30 p.m., f’St Andrew’s Scots’ Church, il-Belt Valletta, ser isir Servizz Ekumeniku bis-sehem tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u n-Nunzju Appostoliku, Mons. Aldo Cavalli. Ser issir riflessjoni minn Dun John Berry dwar it-tema ta’ din is-sena.Kulħadd huwa mistieden jattendi.
Agħfas hawn biex tniżżel il-ktejjeb imħejji mill-Kummissjoni Ekumenika tal-Knisja f’Malta fl-okkazjoni tal-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara, Ġimgħa Ekumenika 2014