SERVIZZ EKUMENIKU DJOĊESAN
Kulħadd huwa mistieden biex jattendi Servizz Ekumeniku Djoċesan li se jsir nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Jannar 2011, fis-6.30 p.m, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju, Floriana. It-tema magħzula hi: “Kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-appostli u fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb” (Atti 2,42).
L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jippresiedi dan is-Servizz Ekumeniku li matulu se jipprietka Can. Simon Godfrey, Kanċillier ta’ St Paul’s Anglican Pro-Cathedral, il-Belt.
Agħfas hawn biex tniżżel ktejjeb maħruġ mill-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2011.