-
-
Kull sena, ir-rebbiegħa tfakkarna kif il-ħajja dejjem tirbaħ fuq il-mewt. L-istess nistgħu ngħidu għal żmien l-Għid. Il-Knisja tiġġedded fiha nnifisha permezz taċ-ċelebrazzjoni tal-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet. Ir-rebħa tiegħu fuq il-mewt iġġib tama, ferħ u paċi fost l-Insara kollha.
Fil-messaġġ tiegħu għall-Għid, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jħeġġiġna biex nikkonvertu dan il-ferħ f’impenn kontinwu li jġib tama u ferħ lin-nies kollha ta’ madwarna.
Huwa jesprimi t-tama u x-xewqa tiegħu li l-Knisja tkun fanal li mhux biss tagħti d-dawl lill-umanità iżda tikkontribwixxi fl-emanċipazzjoni tal-bniedem, permezz ta’ sejħa għal ħidma għall-ġid komuni, għar-rikonċiljazzjoni bejn il-popli u għal spirtu veru ta’ ħniena speċjalment lejn il-membri vulnerabbli u għall-aktar dgħajfin tas-soċjetà tagħna.
Agħfas hawn biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof għal dan l-Għid.