• Nhar il-Ħadd 9 ta’ Novembru 2014, erbgħa seminaristi u patri Kapuċċin ġew ordnati djakni minn Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Titulari ta’ San Leone u Amministratur Appostoliku sede vacante, waqt quddiesa li ġiet iċċelebrata fil-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Attenda wkoll l-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca. 

    Il-Ħames Djakni ġodda huma Rev. Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema, Rev. Abraham D’Amato mill-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa, Rev. Christopher Ellul mill-Parroċċa Kristu Re, Raħal Ġdid, Fra Bertrand Vella O.F.M. Cap. u Rev. Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.

    Filwaqt li nifirħu lil dawn ħutna, inkomplu nitolbu għalihom.

  • Ritratti: Photocity, Valletta.
    www.photocitymalta.com