Video clip miċ-Ċentru Televiżiv tal-Vatikan qed toffri ħarsa lejn il-ħidma tal-Papa f’Castel Gandolfo fin-nofsinhar ta’ Ruma waqt dawn il-jiem tiegħu ta’ mistrieħ tul is-sajf. Wieħed irid ifakkar lid as-sajf il-Papa ddeċieda li ma jmurx fl-Alpi għall-btala kif kien soltu jsir waqt is-sajf qabel ma jinżel fil-Palazz Appostoliku, li huwa r-residenza Papali għas-sajf.
Il-clip juri lill-Papa jirrevedi manuskritt fl-uffiċċju tiegħu. Juri wkoll lill-Papa f’kontemplazzjoni quddiem ix-xenarju naturali mit-tieqa tal-Palazz Appostoliku. Benedittu XVI jidher ukoll jippassiġġa bil-beritta f’rasu, minħabba x-xemx, flimkien mas-Segretarju tiegħu Mons Georg Gaenwein.
Ir-rapport li jakkumpanja din il-clip, aċċessibbli fuq online fuq is-sit internet www.h2onews.org/english.html tagħti wkoll dettalji dwar it-tħejjija tat-tielet u l-aħħar volum tal-ktieb “Ġesu ta’ Nażaret” miktub mill-Papa. Dan il-volum se jħares mill-qrib lejn it-tfulija ta’ Ġesu. Dan sakemm it-tieni volum dwar il-Passjoni u l-Qawmien ta’ Ġesu mill-mewt jinsab fi proċess ta’ traduzzjoni u tħejjija għall-pubblikazzjoni.