• Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. tistieden lill-pubbliku għall-taħdita minn Dr. Michael Downey, bit-tema, ‘Hope Begins Where Hope Begins’.

    Data: Il-Ħamis 20 ta’ Ottubru 2016
    Ħin: 7:00pm
    Post: Ċentru għall-Konferenzi Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera


    Nota Bijografika:

    Dr. Michael Downey huwa professur tat-teoloġija u l-ispiritwalità li ħadem f’diversi seminarji u universitajiet fl-Amerka ta’ Fuq u f’diversi pajjiżi oħra. Huwa l-awtur u editur ta’ iktar minn 20 ktieb. It-teoloġija tiegħu tibbaża l-ħsieb tagħha fuq dawk li huma imweġġgħin u emarġinati. B’hekk huwa jaħdem f’ħafna pajjiżi foqra fejn permezz ta’ irtiri, konferenzi u taħditiet iservi lil dawk li huma l-iktar fil-bżonn u lil dawk li jaħdmu magħhom. Fil-preżent huwa d-Direttur tal-Formazzjoni Teoloġika u Spiritwali fiċ-Ċentru tal-Irtiri Mater Dolorosa fi Sierra Madra, Kalifornja.    

     

    Poster tal-Laqgħa