Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Ġunju 2022, il-persuni kollha li jemmnu f’Ġesù Kristu, fid-denominazzjonijiet kollha, huma mistiedna jiltaqgħu fil-Knisja tal-Iskoċċiżi, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta, għal servizz ekumeniku sabiex flimkien jagħmlu l-esperjenza ħajja tal-Pentekoste kontinwa, li bdiet f’Ġerusalem ftit wara li Kristu qam mill-imwiet u tela’ fis-smewwiet.
Dan is-servizz ekumeniku se jibda fis-6:30pm u hu organizzat minn Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council). Din hi opportunità sabiex l-Insara jitolbu flimkien sabiex Ġesù jkun iktar parti mill-ħajja tagħna.
Kulħadd huwa misteden jattendi.