Nhar it-Tlieta, 9 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda għaċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, u wara ċċelebra Quddiesa fis-Seminarju, Tal-Virtu’.
L-għan ewlieni ta’ l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali jitwaħħad ma dak tal-Knisja; cioe li permezz tal-ħidma evanġelika tagħha tifforma l-membri tagħha.
Din is-sena madwar 138 persuna temmew il-korsijiet offruti mill-IFP, li jkompli jagħmel mill-Knisja waħda inklussiva minħabba li issa l-esperjenzi ta’ fidi m’għadhomx esklussivi għal ftit, membri tal-kleru jew reliġjużi, iżda ssa saru ta’ kulħadd. B’kollox ‘il fuq minn 430 persuna irċevew formazzjoni f’uħud mill-korsijiet offruti mill-IFP.
Biex tniżżel id-diskors sħiħ tar-Rev. Dr. Mark Sultana waqt iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali AGĦFAS HAWN.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]