Il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2024, saret iċ-Ċerimonja tal-Kandidati lil Thomas Njuguna u Jacob Mukhamia fil-Qasam ta’ Ruiru, il-Kenja. Preżenti kien hemm is-Superjur Ġenerali Roberto Zammit li bħalissa qed jagħmel żjara uffiċjali f’dan il-Qasam. Pio Farrugia għamel id-diskors tal-okkażjoni. Kienet Ċermonja sabiħa li għaliha attendew numru sabiħ ta’ Reliġjużi, ġenituri, membri ta’ Grupp San Ġorġ Preca u ħafna tfal u żgħażagħ li jattendu l-qasam. Nirringrazzjaw lil Alla għal dawn iż-żewġ żgħażagħ li esprimew ix-xewqa tagħhom li jibqgħu jħarsu lejn Ġesù il-ġranet kollha ta’ ħajjithom!
Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija – sdcmuseum.org