• Fl-okkażjoni tal-50 sena mill-mewt ta’ Franġisk Mercieca, jew kif inhu magħruf bħala Frenċ tal-Għarb, id-dar tiegħu, li tinsab fit-triq iddedikata għalih, ilbieraħ infetħet għall-pubbliku mingħajr ħlas.
     
    Id-dar hi mimlija b’diversi oġġetti u memorji ta’ Frenċ u f’daru stess filgħodu, ġie rreċtat ukoll ir-rużarju.
     
    Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-anniversarju, fis-7pm saret quddiesa għal ruħ Frenċ, fil-Knisja Parrokkjali u Bażilika tal-Gharb, segwita b’serata kommemorattiva fi Pjazzetta Nikol G. Cauchi quddiem il-monument ta’ Frenċ.
     

    Waqt din is-serata nqaraw diversi poeżiji miktuba għall-okkażjoni, stqarrijiet ta’ fejqan, interventi mużikali kif ukoll diskors dwar il-ħajja spiritwali ta’ Frenċ.

    Franġisku Mercieca għex bejn l-1892 u l-1967 u jingħad li kien ifejjaq ħafna nies permezz tat- talb u l-fidu tiegħu fil-Madonna.