Illum, il-Ħamis, 26 ta’ Awissu, 2010, jaħbat il-100 sena mill-ġurnata tat-twelid ta’ Madre Tereża. L-Ordni li waqqfet tal-Missjonijiet tal-Karita, kif ukoll nies fil-fidi u oħrajn li ma jżommux twemmin partikolari madwar id-dinja, qed jippreparaw għal dan l-anniversarju. Sor Mary Prema, Superjura Ġenerali tal-missjonijiet tal-Karita sa mill-2009, qalet li “ħajjitha u ħidmitha ikomplu jkunu ispirazzjoni għaż-żgħażagħ u l-adulti, għall-għonja u l-fqar minn kull strata tal-ħajja u għal kull reliġjon u pajjiż”. F’ittra, Sor Mary kompliet, “Ejja niċċelebraw il-mitt sena ta’ Madre Tereża billi nifirħu fl-imħabba ta’ xulxin. Ejja wkoll nitolbu sabiex nagħrfu aħjar l-imħabba t’Alla għalina”.

Mal-pubblikazzjoni tal-ktieb “Where There Is Love, There Is God”, li joffri kitbiet ta’ Madre Tereża, tħejjew għadd ta’ attivitajiet madwar id-dinja kollha. Fost dawn bolla kommemorattiva fl-Istati Uniti tal-Amerika, li se tkun għall-bejgħ il-Ħamis, u gad ta’ attivitajiet f’pajjiżi li jinkludu l-Awstrija, il-Kosovo u Monaco. Franza wkoll ħarġet erba’ muniti kommemorattivi, waħda minnhom iġġib lil Madre Tereża mal-Papa Ġwanni Pawlu II.

Il-Madre Teresa Express Train se jitnieda fl-Indja u il-Peace Bridge fi New York se jinxtegħel bil-kuluri tal-Ordni tal-missjonijiet tal-Karita – il-blu u l-abjad. Dawn l-attivitajiet huma sostnuri minn oħrajn ta’ natura purament spiritwali, fosthom quddiesa fil-Bażilika ddedikata lil San Lawrenza f’Damasku mill-Kardinal Angelo Comastri.

Ir-relikwiji ta’ Madre Tereża se jkunu esposti għall-qima fl-Amerika u l-Kanada. F’Calcutta u postijiet oħra qed isiru wkoll novena u ċelebrazzjonijiet ad unur tagħha.

.

CALCUTTA, India, (Zenit.org)