Din is-sena d-djarju tad-Dar tal-Providenza se jkollu bħala qoxra t-tpinġija ‘Ilkoll differenti. Ilkoll Indaqs’ ta’ Keown Gatt, student tal-Kulleġġ De La Salle. Keown kien għamel din it-tpingija flimkien ma’ mijiet ta’ studenti oħra għall-wirja li d-Dar tal-Providenza tellgħet is-sena l-oħra fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twelid tal-fundatur tagħha, Dun Mikiel Azzopardi.
Id-Dar tal-Providenza ilha tippubblika dan id-Djarju żgħir sa mill-1977, biex trodd ħajr lill-pubbliku Malti għall-appoġġ u l-għajnuna li jagħti lid-Dar. Bħalissa ftit inqas minn 170,000 minn dan id-Djarju qed jitqassmu f’kull dar f’Malta u f’Għawdex.
Din il-ġimgħa d-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef żar il-Kulleġġ De La Salle biex f’isem id-Dar jirringrazzja lil Keown għat-tpinġija tiegħu. Għal din l-okkażjoni, kienu preżenti wkoll is-Sinjura Helen D’Amato, Kummissarju għat-Tfal, li ppreżentat rigal żgħir lil Keown bħala tifkira sabiħa ta’ dan l-avveniment importanti, Ms Gabrielle Galea mill-istess Dar, Bro Martin Borg, Direttur tal-Kulleġġ De La Salle u Norbert Zahra, is-Surmast tas-Senior School, flimkien ma’ għadd kbir ta’ studenti ta’ dan il-Kulleġġ.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com