-
-
Il-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana għadha kemm ippubblikat it-traduzzjoni Maltija tad-dokument Mill-Konflitt għall-Komunjoni. Dan id-dokument ifakkar il-500 sena tar-Riforma ta’ Luteru. It-traduzzjoni hi ta’ Patri Silvestru Bonavia, Kapuċċin.
Id-dokument, li fih 70 paġna, jittratta l-istorja tar-Riforma u l-avvenimenti prinċipali tagħha, u l-fehmiet differenti tal-Kattoliċi u l-Luterani dwar diversi aspetti bħas-sagramenti, il-Knisja u l-grazzja, imma wkoll fejn dawn il-fehmiet, f’xi każi, jikkonverġu.
Il-ktieb huwa għodda utli biex insiru nafu aktar dwar il-Luterani u kif l-Knisja Kattolika twiegeb dwar ċerti temi, u dwar kif niddjalogaw bejnietna.
-
-
-
Il-ktieb jinkiseb mill-Kummissjoni Ekumenika, Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana għall-prezz ta’ €5. Min hu interessat jista’ jikteb lill-Kummissjoni Ekumenika fuq [email protected] jew lil [email protected] u jingħata t-tagħrif meħtieġ.