Id-Dumnikani tal-Birgu se jiċċelebraw l-għeluq tal-Ġublew ta’ San Tumas t’Akwinu fi tmiem Jannar.
L-ewwel ċelebrazzjoni hija nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar, fejn se tiġi organizzata l-Aquinas Lecture; diskussjoni fuq it-teoloġija b’indirizz mir-Rev. Dr. Alan J. Adami OP STh.D. Din se ssir fil-kunvent tad-Dumnikani tal-Birgu fis-7pm.
It-tieni ċelebrazzjoni hija nhar it-Tlieta 28 ta’ Jannar fil-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku tal-Birgu, fejn f’jum il-festa ta’ San Tumas t’Akwinu se ssir ċelebrazzjoni tal-għeluq tal-Ġublew. Fis-6.15pm tibda l-quddies pontifikali solenni mmexxija mill-E.T Mons. George Frendo OP., Arċisqof Emeritu ta’ Tirana-Dures, l-Albanija. Il-quddiesa tintemm bil-kant tat-Te Deum.
L-Ordni Dumnikana madwar id-dinja matul dawn is-sentejn fakkret is-700 sena mill-kanonizazzjoni ta’ San Tumas, kif ukoll is-750 sena mill-mewt tiegħu.
Din is-sena qed ifakkar it-800 sena mit-twelid tiegħu.
Għal dan il-ġublew il-Papa Franġisku ta l-indulġenza plenarja lil dawk kollha li jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet marbuta ma’ dan il-Ġublew.
Id-Dumnikani b’ċelebrazzjoni f’għeluq il-Ġublew ta’ San Tumas t’AkwinuMinn Maria Daniela Camilleri
Sors: Newsbook Malta