Il-Caritas Malta għadha kemm ippubblikat studju dwar ‘Baġit minimu għal ħajja diċenti’, li jkompli jistħarreġ ir-realtà soċjali f’pajjiżna, wara l-pubblikazzjoni ta’ riċerka li kienet għamlet l-istess Caritas f’Mejju 2010.
Waqt li f’dak l-istudju kien tqies il-prezz ta’ basket ta’ oġġetti u servizzi essenzjali fuq bażi tal-infiq medju tad-djar kollha Maltin, fl-istudju preżenti l-prezz kien meqjus fuq kemm kull oġġett jiswa fis-suq. Dan l-istudju joffri livell li għandu jitqies bħala minimu, u li għandu jintlaħaq minn kulħadd fis-soċjetà tagħna.
F’interventi li saru f’dawn l-aħħar snin, id-Direttur tal-Caritas Malta, Mons Victor Grech, kien għamel għadd ta’ proposti biex tittejjeb il-qagħda ta’ familji li għandhom qligħ baxx u li jinsabu f’riskju tal-faqar.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com