Nhar it‑Tlieta, l‑1 ta’ Novembru 2022, fis‑6 p.m., l‑Arċisqof Charles Scicluna ser jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Waqt il‑quddiesa żewġ seminaristi jirċievu l-Ministeru tal-Akkolitat.
L-Erbgħa, 2 ta’ Novembru, fid‑9:30 a.m., fit‑Tifkira tal‑Mejtin Kollha, l‑Arċisqof ser jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella taċ‑Ċimiterju tar-Resurrezzjoni, Ħal Qormi. L‑Insara huma mistiedna jitolbu wkoll għall‑erwieħ kollha li marru qabilna bis‑sinjal tal‑fidi u bit‑tama tal‑qawmien mill‑imwiet, biex bil‑ħniena ta’ Alla jitnaddfu minn kull dnub. Din il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
L‑Insara kollha huma mħeġġa jattendu għall-quddies u jitolbu għall‑għeżież mejtin tagħhom.