Il-Fondazzjoni St Jeanne Antide għadha kemm ippubblikat ktieb li jinkludi fih l-istorja dettaljata tal-mod kif is-Servizz SOAR evolva minn grupp ta’ sapport żgħir għal servizz nazzjonali.
Il-ktieb, li huwa sponsorjat mill-Fondazzjoni RA1SE, ġie mniedi fl-10 anniversarju ta’ SOAR nhar it-23 ta’ Novembru 2022.
Il-ktieb huwa mmirat lejn riċerkaturi, studenti universitarji, fakultajiet universitarji, Għaqdiet Mhux-Governattivi, aġenziji għall-benessri tal-familja, prattikanti, prattikanti legali, uffiċjali tal-pulizija li huma involuti fis-sapport għal nisa vittmi ta’ vjolenza domestika, persuni li jaħdmu f’xelters, care workers, voluntiera u nisa li esperjenzaw vjolenza domestika u vjolenza intima. It-tama hija li dawn l-individwi jaqraw u jitgħallmu aktar dwar l-istorja ta’ dan il-programm.
SOAR MALTA huwa programm uniku ta’ tagħlim li jittrasforma l-ħajjiet ta’ persuni li għaddew minn vjolenza domestika.