• 9:00 a.m. sa 12:00 p.m. – Il-katavru tal-Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca jkun espost għall-aħħar darba għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
    3:15 p.m. sat- 3:30 p.m. – Wasla tal-mistednin distinti fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
    3:30 p.m. – Ftuħ tal-bieb prinċipali tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann għad-dħul tan-nies.
    3:45 p.m. –  Wasla tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
    3:50 p.m. – Wasla tar-rappreżentant tal-Prim Ministru fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
    3:55 p.m. – Wasla tal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
    4:00 p.m. – Quddiesa præsente cadavere fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, immexxija minn Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. Il-purċissjoni
    tad-dħul tibda mill-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
    5:15 p.m. – Il-korteo funebri jitlaq mill-Kon-Katidral ta’ San Ġwann bil-mixi u jgħaddi minn Triq San Ġwann u Triq ir-Repubblika sad-daħla tal-Belt. Il-purċissjoni timxi b’dan il-mod:
    • Is-Salib tal-purċissjonijiet
    • Il-Kor tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann
    • Is-Seminaristi
    • Il-Kappillani u l-Qassisin
    • Ir-Rettur tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u l-Arċipriet tal-Imdina
    • It-tebut bil-katavru tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca
    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna, il-Vigarju Ġenerali ta’ Malta u l-Isqfijiet
    • L-Awtoritajiet Ċivili
    • Il-qraba ta’ Mons. Ġużeppi Mercieca
    • In-nies
     
    Il-funeral ikompli f’forma privata lejn l-Imdina fejn issir id-difna fil-Katidral.