Il-fdalijiet ta’ Ġwanni Pawlu II se jkunu trasportati mill-grotta lokalizzata fil-Kripta, taħt il-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, għall-Knisja ewlenija.
Rapport tal-gazzetta semi-uffiċjali tal-Vatikan, L’Osservatore Romano, żvela li “t-trasportazzjoni tat-tebut se ssir mingħajr eżumazzjoni, u għalhekk il-fdalijiet mhux se jkunu esposti għall-pubbliku”.
Il-gazzetta irrappurtat li l-fdalijiet ta’ Ġwanni Pawlu II se jinġabru u fejn se jitpoġġa se ssir ġebla sempliċi bil-kliem fuqha BEATU ĠWANNI PAWLU II. Il-ġisem se jitpoġġa fil-kappella ddedikata lil San Sebastjan, li tinsab bejn il-kappella tal-Pieta u dik tas-Santissmu Sagrament. Fil-Kappella attwalemtn hem mil-fdalijiet tal-Beatu Innoċenzju XI (1676-1689).