-
Il-Ġurnata Missjunarja Nhar il-Ħadd 20 ta’ Ottubru
-
L-Uffiċċju Missjunarju din is-sena qed jorbot il-Ġurnata Missjunarja mal-għajta ta’ Ġesu fuq is-Salib – “Għandi l-Għatx”. L-Għajta li għadha tidwi f’eluf ta’ postijiet fejn in-neċċesitajiet bażiċi huma nieqsa.
Fix-xahar t’Awwissu disa’ żgħażagħ flimkien mad-direttur Mons. Salvinu Micallef marru biex iwettqu xoghol volontarju fid-djoċesi ta’ Chipata, fiż-Żambja, wieħed mill-pajjiżi tal-Afrika. Fost diversi xogħolijiet li għamlu, l-ikbar kontribut li taw kienu t-tħaffir ta’ boreholes lill-iskejjel u vilaġġi li s’issa ma kellhomx aċċess għall-ilma fil-qrib.
L-isfida għadha enormi għalhekk l-Uffiċċju Missjunarju, li jinsab 7, Triq il-Merkanti il-Belt Valletta, f’dan ix-xahar iddedikat lejn il-Missjoni qed iħejji għal diversi attivitajiet:
- Il-Ħadd 20 ta’ Ottubru 2013 tkun il-Ġurnata Missjunarja li tiġi iċċelebrata mad-dinja kollha. Ser issir quddiesa fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ fid-9.00 li tkun imxandra fuq TVM. Din il-quddies ser tkun animata minn kor mill-Ghana, Sarpong Cultural Troupe, li l-Uffiċċju Missjunarju ħa jkun qed jospita matul ix-xahar t’Ottubru. Matul il-ġurnata membri u volontiera tal-Uffiċċju Missjunarju ħa jkunu qed jiltaqgħu man-nies f’Marsaxlokk bejn id-9.00 u 12.00 filwaqt li f’Ta’ Qali ħa jkun hemmdiversi attivitajiet għall-familja kollha. Il-Kor Sarpong Cultural Troupe ser ikun qed janima il-ġurnata kollha.
- Il-Ħamis u l-Ġimgħa 24 u 25 t’Ottubru ser titella’ reċta mit-tfal tal-klabb tal-Uffiċċju Missjunarju ‘Children Helping Children’ bl-isem ta’ Is-Sulfarina li qabdet in-nar, miktub minn Claudia Cini fuq il-ħajja ta’ Pauline-Marie Jaricot, li hija waħda mill-fundaturi tal-Opri Missjunaju Pontifiċji. Il-Kor mill-Ghana ser ikun qed jaħti esibizzjoni ta’ kant u mużika stil Afrikan akkumpanjat bid-daqq tat-tnabar.
Għal-aktar informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet wieħed jista’ jidħol fuq www.missio.org.mt
L-Uffiċċju Missjunarju qed jospita ukoll artist mit-Tanzania, Florian Ludovick Kaija, li qed ipinġi diversi tpinġijiet biex il-qliegħ tagħhom imur kollu b’risq proġetti fil-Missjoni. Għaldaqstant l-Uffiċċju Missjunarju ser itella’ esibizzjoni bil-pitturi tiegħu f’ St. James Cavalier fil-Belt Valletta. L-ftuħ uffiċċjali għal din l-esibizzjoni ser tkun nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Ottubru. Għal-aktar informazzjoni dwar din l-esibizzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ facebook