Is-70 kappillan tal-Arċidjocesi ta’ Malta ssospendew l-kontribut finanzjarju mogħti lis-saċerdot għas-servizz tal-funerali. Din il-miżura temporanja hija intenzjonata li ttaffi d-diffikultajiet finanzjarji li ħafna familji qed jesperjenzaw konsegwenza tas-sitwazzjoni li żviluppat mill-imxija tal-coronavirus.
Fil-preżent, il-kappillani u l-kummissjoni djakonija ta’ kull parroċċa qed jagħmlu dak kollu possibbli biex jgħinu b’mod konkret lill-familji, b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli. Dan minbarra għajnuna oħra spiritwali permezz ta’ inizjattivi ta’ talb online jew talb privat fil-knejjes parrokkjali.