Li wieħed jitgħallem iħalli għal ftit dak kollu li miegħu iddur il-ħajja tiegħu hu mod ta’ kif isib is-silenzju. Fi kliem il-Papa Benedittu XVI waqt il-messaġġ li għadda fl-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa, “is-silenzju huwa l-kundizzjoni li l-iktar hi meħtieġa għall-kontemplazzjoni, biex wieħed jisma lil Alla u jimmedita”.
F’Castel Gandolfo,Benedittu XVI żied li “l-fatt li wieħed ikun kapaċi japprezza u jimtela bis-silenzju, iħejjih għat-talb. Ħafna huma dawk li jqattgħu jiem sħaħ f’xi komunita monastika jew ċentru spiritwali. Bħala postijiet spiritwali, dawn huma ta’ pediment għad-dinja”.
Kompla jfisser li “il-komunitajiet monastiċi nbnew f’postijiet mill-iktar sbieħ u qrib tan-natura. Dat-tip ta’ postijiet iġibu flimkien żewġ elementi importanti – s-sbuħija tal-ħolqien u l-Ħallieq, kif ukoll is-silenzju li jiġi mill-fatt li wieħed jaħrab lil hinn mill-istorbju u l-ġenn tal-ħajja ta’ kuljum”.