Il-familji u ż-żgħażagħ se jkunu l-benefiċjarji ta’ żewġ proġetti soċjali f’Madrid u l-Brażil li se jittellgħu matul il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid bejn is-16 u l-21 ta’ Awwissu.

Madrid intagħżlet bħala s-sit ta’ bini għal familji f’riskju ta’ esklużjoni soċjali. Il-bini se jkun ta’ erba’ sulari u jkopri 127 dar.

Javier Hernando, il-Kordinatur Ġenerali ta’ Caritas Madrid, saħaq li “s-sitwazzjoni ekonomika preżenti qed taffettwa direttament l-impjiegi, il-ħtieġa tad-djar u l-ħtiġiet bażiċi tal-familja; għalhekk dan il-proġett jolqot problema li qed tkisser ħafna familji.”

Dan huwa t-tielet kumpless li Caritas Madrid għandha f’din il-belt, fejn wieħed fetaħ fl-2004 u l-ieħor fl-2006. Matul is-snin, dawn provdew abitazzjoni lil madwar 300 familja u lil madwar 1,000 ruħ.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com