PUNTI SALJENTI LI FUQHOM MIBNI D-DISKORS
- It-tema tal-Jum Dinji għall-Komunikazzjoni ta’ din is-sena huwa “Is-saċerdot u l-Ministeru Pastorali f’dinja diġitali: Media ġdid għas-servizz tal-Kelma”. Din it-tema, din is-sena, qed taħbat maċ-ċelebrazzjoni tas-Sena ddedikata mill-Knisja lis-saċerdoti, b’attenzjoni partikolari fuq il-qasam sensittiv u importanti tal-komunikazzjoni diġitali fil-pastorali, fejn is-saċerdoti jistgħu jiskopru possibiltajiet ġodda kif iwettqu l-ministeru pastorali tagħhom, iċċentrat fuq il-Kelma t’Alla.
- Aċċenn isir għall-fatt li s-saċerdoti kollha għandhom bħala dover ewlieni l-proklamazzjoni ta’ Kristu u l-għaqda sħiħa miegħu fis-Sagramenti. Pero fuq il-passi ta’ San Pawl lir-Rumani wieħed jistaqsi kif wieħed jista’ jemmen fiH jekk ma semax biH? U kif wieħed jista’ jisma biH jekk ħadd ma jwassallu l-Kelma? U kif wieħed jista’ jippriedka jekk ma jintbagħtx jagħmel dan? Hawn tidħol it-teknoloġija moderna biex wieħed jirrispondi adekwatament għall-isfidi u l-bidliet fil-kultura fil-ħajja tal-lum. Id-dinja ta’ komunikazzjoni diġitali tghħin biex wieħed japprezza aħjar id-diskors ta’ San Pawl. Naturlament it-teknoloġiji ġodda jitolbu mis-saċerdoti li jagħmlu użu minnhom responsabbilta akbar.
- Is-saċerdoti għandhom quddiemhom l-isfida biex jużaw il-mezzi moderni teknoloġiċi bħall-vidjows, sit ital-internet, blogs, eċċ…biex flimkien mal-mezzi tradizzjonali, il-bnedmin jaslu għand il-Knisja ta’ Kristu bi djalogu aktar miftuħ, b’evanġelizzazzjoni u katekeżi, u eventwalment jaslu allura għand Kristu nnifsu. Dan jirrikjedi li s-saċerdoti jkunu jafu kif jużaw l-istess mezzi moderni ta’ komunikazzjoni.
- Il-Papa fakkar fl-istess messaġġ tiegħu daż-żmien sena ilu, meta aċċenna għar-rispett lejn id-dinjita u l-valur tal-persuna umana fid-dinja diġitali tal-lum. Fid-dawl ta’ dan ġedded l-istedina tiegħu lis-saċerdoti kollha biex jagħmlu l-aħjar użu possibbli li toffri d-dinja tal-komunikazzjoni llum. Dan, fi kliemu, b’sens ta’ entużjażmu biex jasal b’mezzi moderni l-messaġġ tal-Evanġelju.