Nhar is-Sibt 12 ta’ Jannar se jsir Seminar bit-tema: Il-Karattru… Id-Drama u l-Bibbja, organiżżat bħala parti mill-programm ta’ on-going formation ikkordinat mis-Segretarjat għall-Katekeżi, flimkien mal-KDŻ u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.

L-għan ta’ dan is-seminar huwa li l-Operaturi Pastorali, u dawk kollha nvoluti fil-ħidma mal-adolexxenti/żgħażagħ, bil-għajnuna ta’ diversi professjonisti fil-qasam tat-tagħlim tad-drama, jitgħallmu diversi metodi, u skills biex kull attività, sketch, drama, performance tkun parti integrali fil-proċess tal-formazzjoni tal-karattru tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ.

Dan is-Seminar sa jsir bis-sehem ta’ dawn il-persuni professjonisti fid-drama: Ms Daniella Micallef, Mr Giovann Attard, Mr Augusto Cardinali, Mr Bernardo Riolo. Il-parteċipanti se jiġu mistiedna jipparteċipaw fid-diskussjonijiet u l-workshops li ser isiru.

Is-seminar se jsir bejn 9:15 u 5:30 ġewwa d-dar tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp, Rabat.  Il-prezz huwa ta’ €20 u jinkludi wkoll il-pranzu u l-waqfa għall-kafè. Aktar tagħrif mingħand Fr. Marco Portelli fuq 21484506 u/jew Sr. Alexandra Chircop fuq 22039408/21223949.