Cardinal Giovanni Battista Re

Illum kienet ippubblikata ittra, miktuba bil-Latin u datata 14 ta’ Mejju, li fiha l-Papa ħatar lill-Katdinal Giovanni Battista Re, Prefett Emeritus tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, bħala l-mibgħut speċjali tiegħu għaċ-ċelebrazzjonijiet li se jfakkru r-raba’ ċentinarju tal-Arċidjoċesi ta’ Arequipa fil-Peru, li għandhom isiru bejn l-14 u t-18 ta’ Lulju.

Saru wkoll pubbliċi l-ismijiet tal-membri li għandhom jakkumpanjaw lill-Kardinal Re li huma Fr. Edward Huillcen Baca, pastor fil-parroċċa ddedikata lill-Verġni tal-Midalja Mirakoluża u Direttur tal-Uffiċċju Djoċesan għall-Edukazzjoni Kattolika, flimkien ma’ Fr. Jose Leon Chang, Rettur tas-Seminarju Missjunarju Arċi-djoċesan ta’ Arequipa, ‘Redemptoris Dei’.